Waqt il-programm Good Morning Britain tkellmet Carla Bellucci, influencer Ingliża li s-sena ser tkun qed titlob mitejn sterlina lil kull mistieden waqt l-ikla tal-Milied. Qalet li l-mistednin kollha qablu li ser iħalsu dawn il-flus, u li ser ikun qed ikollhom kok isajjar id-dar. Qalet li meta tikkumpara l-prezzijiet ma’ dawk fir-ristoranti, mitejn sterlina mhux prezz għoli hekk kif il-maġġoranza jżommu 85 sterlina bla alkaħol lil dawk kollha li jieklu għandhom.

Mistieden ieħor fl-istess programm qal li ma jaqbilx assolutament mal-ħaġa li persuna tistieden in-nies id-dar u titlobhom iħalsu. Hu qal li ser tkun qed taqla l-flus minn din il-ħaġa hekk kif għal għaxar min-nies ser tku qed tiġbor elfejn sterlina. Hi irrispondiet u qalet li ħadd m’hu sfurzat li jiġi l-ikla u hija għażla kompletament tagħhom jekk għandomx jiġu jew le.

X’taħsbu dwar dan?


Charlton Cefai