Raġel Iranjan ġie maqtul minn ħuh u żewġ kuġini wara li skoprew li kien eżentat mis-servizz militari minħabba s-sesswalità tiegħu. Alireza Fazeli Monfared, ta’ 20 sena, allegatament ittieħed minn tliet membri rġiel tal-familja tiegħu fil-villaġġ ta’ Borumi, fil-Punent tal-Iran, u nqatel hemm wara li skoprew li hu kien omossesswali.
It-tliet qattiela allegatament ċemplu lil omm Alireza biex jgħidulha li ‘lestewh’. Alireza kien applika għal eċċezzjoni mis-servizz militari Iranjan obbligatorju talli kien omosesswali. Hu għamel dan sabiex ikun jista' jitlaq mill-pajjiż u jmur it-Turkija biex jgħix mas-sieħeb tiegħu Aghil Abyat, skont 6Rang, in-Netwerk Lesbjani u Transġeneri Iranjan.
Iżda meta l-karta tal-eċċezzjoni waslet fid-dar tiegħu fil-belt ta’ Ahvaz, Alireza ma kienx id-dar u minflok ħuh jingħad li skopra l-orjentazzjoni sesswali tiegħu wara li sab il-karta. Kien hawn li ħuh u żewġ kuġini rġiel allegatament qatlu u qatgħu ras Alireza, qabel ma tefgħu ġismu minn siġra tal-palm.
Facebook / Tyreece Govender