Manuel u Steve bħalissa jinsabu barra minn pajjiżna, eżattament ġewwa l-Italja u jidher li Steve kien inkarigat mis-sewqan! Ħafna jafu li d-distanzi barra minn pajjiżna mhumiex qosra, u ħafna drabi tqatta' sigħat sħaħ is-suq!

Manuel u Steve jidher li kellhom vjaġġ ta' aktar minn tliet sigħat u Manuel, flok żamm kumpanija lil Steve spiċċa raqad! Mhux hekk biss imma uża lil Manuel bħala mħadda sabiex iserraħ rasu!

Steve qasam dan ir-ritratt fuq il-midja soċjali tiegħu biex jiċċajta ftit u jgħid lil Manuel li jħobbu! Il-koppja ilhom flimkien 23 sena u żgur mumenti ħelwin bħal dawn jidħku dwarhom u japprezzaw aktar lil xulxin!


Emil Calleja Bayliss