Hekk kif qed joqrob jum il-Milied, bħalissa qed isiru ħafna Secret Santas u qed jiġu mogħtijin bosta rigali.

Għal min ma jafx, din hija tip ta’ tradizzjoni li ssir bejn il-ħbieb jew bejn il-kollegi, fejn kull membru tal-grupp jiġi mogħti isem ta’ membru ieħor u dan ikun irid jixtrilu rigal b’mod anonimu. Is-sorpriża tiġi meta wieħed isir jaf jew jipprova jaqta’ min hu s-secret santa tiegħu wara li jkun fetaħ ir-rigal.

Inzerta li Mandy Micallef Grimaud, l-attriċi f’Sorelle u l-mara ta’ Peppi Azzopardi, kienet is-secret santa ta’ Xandru, it-tifel tagħha stess! Bħala rigal, tagħtu tpinġija ta’ karikatura ibbażata fuqu nnifsu.

Bl-espressjoni li tidher fuq wiċċu fir-ritratt, jidher li Xandru s-sorpriża ħadha sew. Hija wkoll idea oriġinali u sabiħa għal min forsi għadu qed iħabbel rasu biex jixtri xi rigal tal-Milied.


Nicole Barbara