Norma Cristina, bint l-attriċi bravissima Vitorin Galea tefgħet ritratt fuq facebook ta' ommha flimkien mal-attur bravu ieħor Josie Coppini. Norma stqarret li dan ir-ritratt inġibed waqt play li kitbet hi stess bl-isem ta' Mananni tridha tal-pulita.
Ritratt nostalġiku li jqanqal emozzjonijiet sbieħ. Fl-istess waqt ifakkarni f'dawn l-atturi tant maħbuba mill-poplu li llum m'għadhomx magħna, kif ukoll niftakru meta l-palk kien l-aqwa mument wara ġimgħa ta' xogħol.
Id-divertiment dari, kien jinkludi bosta drabi li wieħed imur jara xi dramm. Żmien sabiħ!
Ritratt: Facebook/ Norma Cristina