Il-kantanta u attriċi lokali Maria Luana ħalliet messaġġ lill-għeżież ġenituri tagħha proprju f'jum l-anniversarju tagħhom! Lil Maria Luana probabbli tiftakruha waqt Malta's Got Talent fejn kienet qed tmexxi La Voix Harmonies.

Hi kitbet, "L-anniversarju t-tajjeb lill-koppja favorita tiegħi. Mamà u papà grazzi ta' dak kollu li tagħmlu magħna u mat-tfal tagħna inħobbukom ħafna. Il-Bambin magħkom dejjem."

Hi qasmet numru ta' ritratti ta' ommha u missierha, inkluż ritratti minn dakinhar li qalu s-signor si. Maria Luana qasmet ukoll ritratt riċenti magħhom.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom jum mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbhom! Awguri Ray u Myriamme.

Facebook / Maria Luana


Emil Calleja Bayliss