L-artista lokali Georgina, tfakkar il-memorja għażiża ta' ommha li għaddiet għall-ħajja ta' dejjem, sena ilu. Telfa li żgur ġabet magħha ħafna nieket iżda f'jum bħal dan tiftakar ukoll fil-memorji sbieħ.
Memorji li jibqgħu marbutin ma' qalbek jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien. L-imħabba ġenwina ta' omm hija waħda mill-aktar imħabbiet puri li wieħed jesperjenza fil-ħajja tiegħu u ċertament li l-vjaġġ ta' kull persunajkun mimli emozzjonijiet varji.
Georgina fuq il-mezzi soċjali tagħha taqsam ritratt ma' ommha u tikteb, "Mama għaddiet sena minn meta tlaqtna. Dejjem f'qalbi, sakemm nerġgħu niltaqgħu."
F'isem it-tim ta' Gwida, insellmu l-memorja tal-għażiża ommha. Ninsabu ċerti li tinsab issegwi lill-familja tagħha minn fejn tinsab.