Martina Caruana, avukata internazzjonali minn Malta, hija waħda minn ħames avukati li ġew magħżula bħala konsulent għall-avukati aspirant li ġejjin minn sfond żvantaġġjat fi New Zealand.

Il-programm ta' mentoring jifforma parti minn GirlBoss Edge, programm tat-tmexxija ta' għaxart ijiem li għalih Martina ġiet avviċinata biex tieħu sehem mill-Kap Eżekuttiv ta' GirlBoss NZ stess, Alexia Hilbertidou.

Waqt li qasmet l-aħbar fuq il-midja soċjali, Martina tikteb “Eċitata li ġejt avviċinata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni NZ u GirlBoss fi New Zealand biex nagħmel mentoring lil 600 tfajla dwar il-liġi, il-politika u l-governanza. It-tfajliet se jkunu predominantement Māori & Pasifika; żewġ gruppi sotto-rappreżentati fil-professjoni legali. Ninsab ħerqan li nagħmel il-parti tiegħi biex inbiddel dan!"

Awguri minn qalbna Martina. Nieħu gost naraw Maltin jiksbu suċċess b'mod professjonali 'l bogħod minn xtutna.

Facebook / Martina Caruana


Emil Calleja Bayliss