Għal dan l-istaġun TVM ħaseb għal produzzjoni ġdida li titratta s-snajja u t-tradizzjonijiet Maltin. Waqt il-programm Malti Pur wieħed jista’ josserva kif isiru diversi oġġetti tradizzjonali, bħal il-madum Malti, l-arloġġ tla-lira, strumenti mużikali tradizzjonali, affarijiet artiġjanali bħan-newl, iċ-ċeramika u l-gnautell.

Il-programm qed jagħti ħarsa wkoll lejn dawn il-prodotti tal-ikel bħal ngħidu aħna l-ftira Għawdxija, il-ġbejniet u l-kawlata tal-erwieħ, kif ukoll l-produzzjoni tal-ġulepp tal-ħarrub u l-għasel. Waqt il-programm ser inkunu qed jiġi trattat ukoll użanzi bħal dawk li kienu popolari fi żmien il-festa tal-erwieħ u l-Milied, kif ukoll logħoba partikolari, il-brilli, li llum insibuha titnlagħb biss fiż-żona ta’ Santu Pietru fl-Għard Għawdex.

Ħafna minn dawn is-snajja u tradizzjonijiet huwa parti mix-xogħol ta’ kulljum ta’ dawn l-artiġjani li tawna l-opportunita niltaqgħu magħhom. Sfortunatament, wħud mis-suġġetti li qed jiġu ttrattati huma f’riskju li jintilfu darba għal dejjem saħansitra f’din il-ġenerazzjoni.

It-tama hi, li permezz ta’ dan il-programm ikun hemm aktar għarfien dwar dawn il-prattiċi tassew interessanti u li jkun hemm min jitħajjar għal mistjier jew delizzjonu li jinvolvi dawn it-tradizzjonijiet li jafu l-oriġini jew l-addattazzjoni tagħhom ħafna snin ilu f’pajjiżna.

Kull programm jitratta tlett suġġetti, dak mekkaniku, xogħol tal-id; dak artistiku, il-kreattiv kif ukoll dak kulinari, l-ikel u l-produzzjoni tiegħu. It-tradizzjonijiet ta’ pajjiż kif ukoll il-kultura tagħna, huma distinti u partikolari, influenzati mill-mod tal-għaxien tagħna u dawk li żagġruna tul is-sekli.

Dan ħafna drabi huwa rifless fil-ħidma u l-għixien tal-poplu, dak li nagħmlu u d-drawwiet tagħna. Il-programm Malti Pur qed jitratta dawn is-suġġetti minn lenti storiku, b’riċerka li tħares fuq fuq lejn l-oriġini tagħhom, biex minn hemm wieħed ikun jista’ jiltaqgħa mal-persuna li jkun qed jipprattika s-suġġett diskuss.

Il-punt prinċipali dejjem huwa, kif isir l-oġġett mill-bidu sat-tmiem. Il-produzzjoni tagħti ġiħ lix-xogħol tal-artiġjan u sservi ukoll ta’ dokumentazzjoni ta’ ki fisiru l-affarijiet, f’ismijiet għandhom l-għodda u l-partijiet tal-proċess, kif ukoll l-oriġina ta’ dawn id-drawwiet.

Malti Pur huwa produzzjon ta’ Flash Productions li matul l-aħħar snin tawna diversi produzzjonijiet u dokumentarji dwar l-istorja Maltija, bħal ngħidu aħna l-programm poplari Storjografija li qabeż sew il-mitt programm.

Il-kitba hija ta’ Alexis Callus, li kkollabora ma’ Flash Productions f’diversi produzzjonijiet, l-aktar riċenti fil-dokumentrju Pass Pass Għal Auschwitz, li l-istaġun li għadda ntlaqa ferm tajjeb mit-telespetaturi Maltin. Id-direzzjoni , il-filmati u l-muntagh huma ta’ Jonathan Farrugia li huwa l-moħħ wara Flash Productions u diversi sensieli li qed jidhru u dehru fuq TVM matul dawn l-aħħar snin.


Gwida.mt