Donnu li t-talent Malti qed jispikka fix-xena internazzjonali, dan wara li t-tielet artist Kyle Cutajar li rnexxielu jbikki lil Alexandra Alden spiċċa fuq X Factor Global. Jidher li mhux il-ġurija Maltin biss kienu impressjonati b'din il-wirja imma anke dawk li jkunu qed isegwu t-talenti kollha li jidhru madwar id-dinja.

X Factor Global ifaħħru kemm Kyle impruvja f'din l-aħħar sena u kif irritorna b'tant determinazzjoni sabiex jipprova jkompli l-vjaġġ tiegħu sal-live shows. Min jaf x'ħa jkun id-destin ta' Kyle? Jidher li t-triq hi waħda pożittiva u jekk ħa jkompli jikseb l-attenzjoni, forsi din is-sena naraw fil-live shows, wara li s-sena l-oħra spiċċa biss pass 'il bogħod!

Awguri Kyle!


Emil Calleja Bayliss