Il-Paġna Maltese Islands Weather qasmet ritratt il-ġmiel tiegħu fejn qed isseħħ il-Fjakkolata tradizzjonali li tiġi ċċelebrata Santa Luċija, Għawdex.

Huma spjegaw, “Il-Fjakkolata tradizzjonali fir-raħal rurali u żgħir Għawdxi ta’ Santa Luċija. Waqt inżul ix-xemx, l-għolja ta’ Għar Ilma kienet mixgħula b’mijiet ta’ fjakkoli. Din it-tradizzjoni lokali ilha sseħħ f’dan ir-raħal żgħir għal iżjed minn tletin sena u timmarka l-aħħar apparizzjoni tal-Madonna ta’ Fatima.”

Hija tradizzjoni tassew interessanti u meraviljuża għaliex minbarra li tfakkar l-apparizzjoni tal-Madonna, issebbaħ il-gżira bi dwal li jpaxxu l-għajn.

Grazzi lill-persuna li ħadet dan ir-ritratt għaliex bis-saħħa tagħha nistgħu naqsmu s-sbuħija ta’ din it-tradizzjoni ma’ Malta kollha.

Facebook / Maltese Islands Weather


Gabriella Borg