Jidher li l-maltemp, li ilu jiġi mwissi madwar ħamest ijiem, fl-aħħar laqat lill-pajjiżna hekk kif qam riefnu liema bħalu, kullimkien imtela’ bi sħab mudlam u qed tagħmel xita qawwija.
Il-vapur t’Għawdex saħansitra kellu jieqaf ukoll tant kemm il-mewġ u r-riħ kienu qawwijin. Fil-filmat jidher kif qed jgħaddi minn battikata kbira biex jaqsam minn gżira għall-oħra. Ngħiduha kif inhi, lill-kaptan tal-vapur ikun ħaqqu l-ikbar prosit f’dawn is-sitwazzjonijiet.
Video: Facebook/Nora Evison
Jidher li f’xi postijiet għamel ukoll is-silġ.
Skont il-paġna ta' Facebook Malta Weather, ix-xita mistennija li tkompli sa nhar il-Ħamis u mill-Ġimgħa ’l hemm mistenni li t-temp jerġa’ jisbieħ.
Facebook/It-Temp Madwarna