Fuq Times Of Malta ġie rrappurtat li Malta tinsab preparat biex tixtri l-vaċċin malli jitlesta u jkun miżmum u użat kif sippost. 

"Il-vaċċin għandu jinħażen f'temperaturi ta' mill-inqas -70 grad Celcius biex ikun effettiv. Skond is-sejbiet preliminari ta' Pfizer, il-protezzjoni minn Covid-19 f’pazjenti nkisbet sebat ijiem wara t-tieni minn żewġ dożi u 28 jum wara l-ewwel." 

Fuq il-paġna uffiċjali Pfizer, tgħid li l-vaċċin Pfizer jagħti tama ta' suċċess għall-kura kontra l-Covid-19

Il-Ministeru tas-Saħħa jikkonferma li Malta għandha l-possibiltajiet neċessarji li żżomm il-vaċċin f'apparat b'temperaturi kesħin kif suppost. Prof. Charmaine Gauci kif ukoll l-DPM Chris Fearne kkonfermaw li l-vaċċin f'Malta se jkun b'xejn kif ukoll mistenni jasal fix-xhur li ġejjin, għalkemm m'hemmx indikazzjoni preċiża meta.

Segwi aktar HAWN


Kyle Zarb