Mix-xahar ta’ Lulju li ġej, fil-Port il-Kbir se jibdew jidħlu żewġ cruise liners tal-kumpanija Viking Cruises.

Il-vjaġġ ta’ dawn iż-żewġ cruises ser jibda u jispiċċa f’Malta, u wieħed minnhom anke se jkun qed iżur Għawdex.

Dan ġie mħabbar mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, u dan qal li dan se jkun biss il-bidu fejn qed jaraw kif se jattiraw aktar cruise liners f’Malta li jkunu ta’ kwalità.

Il-vapuri għandhom il-ħtieġa li l-passiġġieri fuq dawn il-cruises ikunu kollha mlaqqma bil-vaċċin kontra l-Covid-19, għalhekk dawn il-vjaġġi se jkunu aktar siguri, kemm għall-passiġġieri, kif ukoll għall-Maltin.

Facebook / Clayton Bartolo


Henzley  Bezzina