Malta Public Transport se tkun qed tipprovdi Servizz Speċjali għall-Imnarja 2024, li ssir fil-Buskett fit-28 u 29 ta’ Ġunju 2024. Dawk li jattendu jistgħu jipparkjaw f’żoni magħżula u jużaw is-servizzi tax-shuttle bħala soluzzjoni konvenjenti ta’ Park & Ride.

Servizzi ta’ shuttle se jkunu disponibbli minn Triq Infetti fir-Rabat u Ta’ Qali ħdejn il-gym miftuħ, b’servizz ta’ shuttle esklussiv miċ-Ċirkewwa sal-Buskett u viċi versa. Shuttles se jgħaddu wkoll mill-Buskett lura għal Ta’ Qali u Triq l-Infetti.

Skeda tat-Tluq:

Minn Ta’ Qali sal-Buskett u viċi versa:

  • 28 ta’ Ġunju: 17:00 hrs sa 03:00 hrs (intervalli ta’ nofs siegħa)
  • 29 ta’ Ġunju: 05:30 sa 14:00 (intervalli ta’ nofs siegħa)

Minn Triq l-Infetti sal-Buskett u viċi versa:

  • 28 ta’ Ġunju: 17:00 hrs sa 03:00 hrs (intervalli ta’ nofs siegħa)
  • 29 ta’ Ġunju: 05:30 sa 14:00 (intervalli ta’ nofs siegħa)

Miċ-Ċirkewwa sal-Buskett u viċi versa:

  • Vjaġġ wieħed fit-28 ta' Ġunju fis-17:30 hrs miċ-Ċirkewwa għall-Buskett, u vice vera mill-Buskett għaċ-Ċirkewwa fil-21:15 hrs.
  • Vjaġġ wieħed fid-29 ta’ Ġunju fis-07:30 hrs miċ-Ċirkewwa għall-Buskett, u vice vera mill-Buskett għaċ-Ċirkewwa fis-13:30 hrs.

Dawn is-servizzi speċjali kollha se jkunu mingħajr ħlas.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur: https://www.publictransport.com.mt/en/news-details/mnarja-2024-shuttle-services.


Gwida.mt