Malta hija fost l-aqwa erba’ pajjiżi fid-dinja bl-iktar rata mgħaġġla ta’ tilqim. It-tellieqa għal dik li hi magħrufa herd immunity għadha għaddejja, imma liema pajjiżi jinsab fuq quddiem?
Skont informazzjoni miġbura minn Our World in Data u ppubblikata min-New York Times, it-tabella t'hawn taħt turi l-veloċità tat-tilqim skont il-pajjiż, u Malta tinsab pjuttost għolja fuq dik il-lista.
Ritratt: Our World In Data minn New York Times
L-Iżrael bħalissa qed fuq quddiem ta' din it-tellieqa b’medja ta’ 6% minn meta bdew it-tilqim, bin-numru niżel għal 5.2% fl-aħħar sebat ijiem. Iżda skont din ir-rata medja, il-maġġoranza jistgħu jiġu mlaqqma f'madwar erba' ġimgħat.
Malta mhux daqstant lura b’medja ta’ 1.1% minn meta bdew it-tilqim u żieda għal 1.9% fl-aħħar sebat ijiem. B’din ir-rata, il-maġġoranza tal-popolazzjoni ta’ Malta tista’ titlaqqam f’sitt xhur.
Bħalissa, Malta qed tuża l-vaċċini Pfizer-BioNTech u Moderna. Suppost, l-EMA għandha tkun qed tapprova l-vaċċin Oxford-AstraZeneca din il-ġimgħa, li minnha Malta għandha miljun doża fuq ordni.