Megan Potter hija żagħżugħa li bdiet il-kumpanija kosmetika tagħha ‘Blush & Chic’ m’ilux wisq. Fis-sitwazzjoni li qiegħdin fiha fejn il-prezzijiet ilħinkollu jogħlew, kulħadd irid isib l-irħas prezz possibbli, iżda xi kultant l-irħas prezz ikun xi ftit għoli ukoll.

Fuq il-profil tagħa, Potter tkellmet dwar l-istigmas li hawn fuq in-negozji żgħar Maltin, u spjegat is-sitwazzjoni tagħhom: “Malta impossibli jkollna l-istess prezzijiet bħal ta’ Shein u bħal ta’ Joom. Ġieli anke wholesale ikunu aktar expensive għalina milli fuq joom… kif nistaw inżommu l-istess prezz?”

Potter ħibdet l-attenzjoni li hemm ħafna spejjeż li l-konsumatur ġieli qas biss jikkunsidra, bħat-taxxa, il-VAT, il-kera tal-ħwienet, u li l-ħaddiema jridu jitħallsu.

“Ma nġiegħelu lil ħadd li bilfors irid jixtri mingħandna, iżda mhux sew nagħmlu isem ħażin billi nħallu kumment fuq paġna biex nixtru minn Joom jew minn Shein minflok (niftakru wkoll fil-kundizzjonijiet li jaħdmu l-ħaddiema ta’ Shein!)” għalqet tgħid Megan Potter.

Dawn il-kundizzjonijiet ta’ kumpaniji kbar iħallu mhux biss impatt ħażin fuq l-ambjent bil-mod li jarmu l-iskart tagħhom fl-ibħra, iżda wkoll fuq il-ħaddiema, hekk kif saħansitra tfal żgħar ġewwa ċ-Ċina jitħallsu bi ftit f’kundizzjonijiet tal-biża. B’hekk il-prezzijiet huma inqas minn tas-soltu.

Facebook / @Megan Potter


Nicole Zammit