Ic-Chairperson Eżekuttiv ta' ONE Jason Micallef ħabbar, "Gladiator Malta Trial fuq ONE mid-19 ta' Jannar li gej fit-20:30 - L-akbar u l-aqwa produzzjoni tax-xorta taghha li qatt ittellet f'pajjizna, esklussivament fuq ONE."

It-tim ilu jirriklama din l-avventura għal dawn l-aħħar ftit ġimgħat u jidher li l-applikazzjonijiet mexjin ġmielhom! Il-premju finali huwa dak ta' €1,000 iżda hemm premijiet oħra li ħa jkunu qed jintrebħu f'dan il-programm.

Dan hu programm li qatt ma rajna bħalu fi xtutna, programm b'differenza li ċertament ħa jkun qed jiġbed diversi nies u mistenni li jkun popolari mas-segwaċi ta' ONE. Aħna nawguraw lil One Productions kull suċċess f'din l-avventura ġdida!

Nammettu li ninsabu ħerqana sabiex naraw x'ħa joffri dan il-programm!

Facebook / Malta Gladiator Trial


Emil Calleja Bayliss