Sfortunatament, Malta baqgħet bl-inqas rata ta’ fertilità fl-Unjoni Ewropea. Skont l-EUROSTAT, ir-rata ta’ fertilità ta’ Malta hija ta’ 1.08 biss għal kull mara.
Il-Professur Jean Calleja Agius, li tispeċjalizza fl-ostetrija u l-ġenekoloġija, spjegat li hemm diversi fatturi li qed iwasslu għal dan. Qalet li r-ritmu mgħaġġel tal-ħajja li qed ngħixu, l-ikel li qed nieklu, in-nuqqas ta’ eżerċizzju, it-tipjip, l-alkoħol u d-droga kollha qed jikkontribwixxu għal problemi ta’ infertilità.
Qalet ukoll li l-istress mentali u fiżiku naturalment inaqqas mill-fertilità.
Il-Professur Jean Calleja Agius kienet waħda mill-kelliema ewlenin fl-Assemblea Ġenerali tal-Istitut tal-Edukazzjoni għall-Ħajja tal-Familja (IEEF) b’kollaborazzjoni ma’ KANA u li qed issir Malta.