Id-DPM Chris Fearne għadu kemm ħabbar li bħalissa jinsabu fi triqthom minn Malta 135,690 doża tal-vaċċin ta’ kontra l-Covid-19 lejn Rwanda.

Pajjiżna rnexxielu jikseb ammont sostanzjali ta’ dożi tal-vaċċin fejn kellna aktar dożi minn kemm hija l-popolazzjoni ta’ Malta. Għalhekk minflok ikun hemm dożi li jinħlew u jintremew, pajjiżna qed jibgħat ammont ta’ dożi tal-vaċċin lejn pajjiżi oħra li għandhom bżonn sabiex inkunu ta’ għajnuna għalihom.

F’pajjiżna mhux talli laqqamna kważi lil kull min hu eliġibbli sabiex jieħu l-vaċċin imma anke qed inkunu ta’ għajnuna kbira għal pajjiżi oħra. Ġest nobbli minn Malta.


Henzley  Bezzina