Kull festival huwa logħna, The Busker jispiċċaw fl-aħħar post fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest b'tliet punti biss mingħand l-Israel. Dan ifisser li l-kanzunetta Maltija klassifikat mal-ewwel għaxra fil-voti tal-pubbliku fl-Israel u kellha punt ieħor mill-kumplament tal-pajjiżi li mhux qed jieħdu sehem, li din is-sena kellhom iċ-ċans jivvutaw ukoll.

Din tiġi bħala sorpriża kbira, speċjalment meta l-kanzunetta Maltija Dance (Our Own Party) tinsab sejra tajjeb immens fuq il-mezzi diġitali f'numru ta' pajjiżi. Żgur li ma kienx riżultat meritat għal pajjiżna u għal The Busker li taw wirja spettakolari mmens.

Wieħed irrid jaħseb ftit x'jista' jaħdem f'kompetizzjoni bħal din u kif pajjiżna jista' jħalli xi tip ta' mpatt li l-kanzunetta Maltija tkun memorabbli u tikseb riżultati aħjar.

Ara ir-riżultat uffiċjali HAWN.

Facebook / The Busker


Gwida.mt