Ħafna jsemmu kif wara li jinżaw il-maskra u ġieli waqt li jkunu biha, jibdew iħossu bħal qisu skumdità fi griżmejhom. Kultant ninnutaw żieda fl-effetti tal-maskra jekk tintlibes għal siegħa jew aktar kull darba. Dan għaliex l-ilbies tal-maskra għal ammont ta' ħin estiż jista’ jżid iċ-ċansijiet li l-maskra tinħammiġlek. 

Xi studji minn Healthline ikkonfermaw li iva, il-maskra tal-wiċċ tista' tikkawża sintomi ta' uġigħ jew skumdità fil-griżmejn. Jekk ikollok uġigħ fil-griżmejn wara li tilbes il-maskra jiddependi minn diversi fatturi. Jiġri wkoll li meta tilbes maskra, din tibdel il-livell ta’ umdità tal-arja li tkun qed tieħu fin-nifs. Dan hu aktar u aktar jekk ma tkunx ġiet imnaddfa kif suppost.

Imnifsejn blukkati u uġigħ fil-griżmejn kienu fost l-effetti komuni tal-ilbies ta' maskri għal sigħat twal kuljum. Saru xi studji dwar kif il-maskri tad-drapp jistgħu jżidu r-riskju tiegħek għal uġigħ fil-griżmejn. Madankollu, filwaqt li maskra tat-tip N95 tista' tkun aktar effettiva minn maskra tad-drapp, huwa possibbli li jista' jkun ukoll aktar probabbli li tikkawża skumdità fil-griżmejn.

Tista' tiżviluppa sintomi ta' riħ jew xi tip ta' virus permezz tal-maskra li ġiet esposta għall-mikrobi. Li tilbes u tneħħi l-maskra tiegħek regolarment jista' jżid il-probabbiltà li jittrasmetti mikrobi lill-maskra tiegħek. Is-sit Healthline jgħid li dan kollu ma jfissirx li l-maskra mhix effettiva, u esperti jħeġġu li jibqa' importantissimu li nibqgħu nilbsu maskra nadifa u kif suppost biex innaqqsu t-tixrid tal-imxija. Ifakkru wkoll li meta jkun hemm sintomi akbar ta' uġigħ fil-griżmejn wieħed għandu dejjem ikellem it-tabib jew jagħmel it-test tal-Covid-19, speċjalment jekk taf li kont viċin xi ħadd infettat.

shixart1985


Kyle Zarb