Il-kantant Malcolm Pisani, għadu kif nieda kanzunetta ġdida flimkien ma’ vidjo mużikali bl-isem ta’ Rise. Il-messaġġ ta’ din il-kanzunetta huwa wieħed sempliċi imma qawwi: taqta’ qalbek qatt. Jekk qatt tħoss li m’hemmx tama f’dak kollhu li qed iħabbtek f’ħajtek, għamel kuraġġ sabiex tkompli għaddej 'l-quddiem u ma tirrepetix l-iżbalji li tkun għamilt.
Ara l-filmat hawn:
Il-kanzunetta flimkien mal-vidjo mużikali, ġew mnedija nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju fuq l-istazzjon nazzjonali b’dedika lill-Fondazzjoni RISE. Din il-fondazzjoni taħdem mal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sabiex tgħin persuni jirriabilitaw lilhom infusom lura fis-soċjetà.
Il-produzzjoni ta’ din il-kanzunetta hija waħda Taljana. Il-lirika nkitbet minn Matt Black, filwaqt li l-vidjo mużikali nħadem minn Clive Pace bid-direzzjoni ta’ Emanuel u Rita Pace.
Isem Malcolm issa sar wieħed sinonimu fix-xena lokali tal-mużika, b’esperjenza vasta ta’ 12-il sena b’kanzunetti bħal Emperor u Valletta.
Facebook / @malcolmpisanifanpage