Nathalie Sultana kienet waħda mill-ewwel tliet nisa li bdew jaħdmu bħala 'camera persons' fix-xandir. Flimkien ma' Nathalie kien hemm żewġ persuni oħra; Denise u Maria li llum m'għadhomx jaħdmu f'dan is-settur.

Ritratt: Facebook/ Nathalie Sultana

Din it-tfajla ħabrieka u b'determinazzjoni għall-futur, bdiet taħdem mal-kumpanija Rainbow Productions li llum il-ġurnata saret One Productions Ltd. Maż-żmien, Nathalie Sultana stabbilixxiet ruħha bħala waħda mill-aqwa camera persons li kien hemm fl-istazzjon Super One; aktar 'il quddiem ONE tant li kont issibha tiffilmja waqt l-aqwa programmi tal-istazzjon, kemm fl-istudios u anke f'xandiriet fuq barra.

Matul iż-żmien, kellha wkoll diversi opportunitajiet li għallmuha ma taqta' qalbha qatt tant li llum qed tiċċelebra għeluq is-26 sena tagħha fil-qasam tal-midja. Awguri Nathalie! Inti eżempju ta' mara li rnexxejt f'dak li emmint!

Ritratt: Facebook/ Nathalie Sultana


Clifford Galea