Nhar il-Ġimgħa beda l-programm Awla, l-ewwel suġġett li ddiskutew kien id-dipendenza u kemm hu diffiċli li wieħed joħroġ mill-vizzju tad-droga. Fost il-mistednin kien hemm Duane Carabott li tkellem fuq l-esperjenza personali tiegħu.

Duana, spjega kemm kienet diffiċli għalih li jiġġieled dan il-vizzju. Fil-bidu jistqarr li ma xtaqx jieqaf, iżda ommu b'xi mod irnexxielha tieħdu l-Caritas biex isib l-għajnuna. Ma' Clara jistqarr li xahar qabel ma spiċċa l-ewwel programm, iddeċieda li jieqaf. Dan kien proprju f'jum l-omm u donnu dak il-kliem baqa' jidwi, għax Duane jistqarr li ommu qaltlu dan ir-rigal li ħa tagħtini għal jum l-omm?

Hu jistqarr li għamel erba' programmi. Segwu l-intervista tiegħu hawn taħt! Kuraġġ Duane u prosit li qsamt din l-esperjenza. Nittamaw li aktar żgħażagħ jagħmlu kuraġġ ifittxu l-għajnuna.

Facebook / Awla


Emil Calleja Bayliss