"Ma Tkunx Aċċettata R-Reġistrazzjoni Ta' Joseph Portelli Bħala Plejer Ta' Hamrun Spartans Football Club." – Replay

Permezz tal-paġna tagħhom, Replay kitbu, “Replay (Net Television) jinsab infurmat li l-Bord Eżekuttiv tal-Malta Football Association iddeċieda li ma tkunx aċċettata r-reġistrazzjoni ta’ Joseph Portelli bħala plejer ta’ Hamrun Spartans Football Club.”

Huma jkomplu, “Il-Bord Eżekuttiv tlaqqa’ llum, wara li ssejħet laqgħa b’mod urġenti lbieraħ filgħaxija, ftit tal-ħin wara li Hamrun Spartans Football Club bdew formalment l-applikazzjoni biex Joseph Portelli jkun reġistrat bħala plejer tal-klabb.Iktar kmieni lbieraħ, Hamrun Spartans Football Club ippreżentaw ukoll ir-riżenja ta’ Portelli minn President tal-klabb. Din ir-riżenja riedet tiġi offruta bilfors, qabel il-klabb seta’ jipprova jirreġistrah bħala plejer.”

Huma jgħidu, “Id-deċiżjoni Hamrun Spartans Football Club issa għandhom ċans jappellaw mid-deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Football Association, qabel din id-deċiżjoni tkun waħda finali.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI