Fuq il-paġna Lydon & Jomike, ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta' Malta's Got Talent, Lydon kiteb messaġġ mill-qalb dwar l-għażiż missieru li fl-aħħar jiem iċċelebra għeluq sninu. 

Lydon xerred xi ritratti kif ukoll kitiblu, "Pa qed tikber vera imma moħħok għadu żagħżugħ... kemm nargumentaw flimkien... Imma Allahares ma nargumentawx għax li kieku nimxi fit-triq il-ħażina."

Bosta ggustaw lil Lydon u l-mod kif beda jirraġuna fil-messaġġ. Awguraw lil Jomike u għaddewlu l-isbaħ xewqat. Wara dan kollu Lydon iddeċieda li anke jirringrazzja lil kulħadd tal-ħsieb.

Lydon kiteb ukoll li mid-dehra ma setgħux jiċċelebraw kif riedu u kif xtaqu f'għeluq snin missieru, hekk kif hu u ħuh kienu xi daqsxejn ma jifilħux. Awguri mill-ġdid Jomike! Nixtiqulek dak kollu li tixtieq qalbek! Prosit u Bravu Lydon x'erba' kelmiet dawk!


Kyle Zarb