Melissa Reddy, ġurnalista ta’ Sky Sports, indirizzat direttament lill-President ta’ FIFA Gianni Infantino wara li dan iddefenda lill-Qatar u qal li qed iħossu Qatari, Għarbi, Afrikan, gay, disabled u ħaddiem migrant.

Reddy qaltlu li ma jistax ikun li jaf x’jiġifieri tkun hekk u li ma jistax jinnega l-esperjenza li jkollhom jgħaddu minnha dawn in-nies li jkunu gay, disabled, ħaddiema migrant billi qal li qed iħossu bħalhom. Żiedet ukoll li din l-istqarrija li għamel Infantino ma kinitx f’postha u li l-affarijiet li qal hu kienu ta’ diżrispett lejn dawk in-nies.

“Jekk nibqgħu siekta qatt mhu ser inġibu l-biddla effettiva”, qalet ukoll Reddy.

View this post on Instagram

A post shared by Sky Sports (@skysports)

Facebook / Melissa Reddy


Henzley  Bezzina