Sfortunatament id-djoċesi t'Għawdex ħabbru li dalgħodu qamu maħsuda bl-aħbar tal-mewt għall-għarrieda ta’ Patri Tony Sciberras MSSP, fl-età ta’ 69 sena.

"Patri Tony, mill-Mosta, kellu Dottorat fit-Teoloġija (Ħajja Kkonsagrata), u kien għal xi snin Provinċjal tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Huwa ta servizz importanti lid-Djoċesi ta’ Għawdex, fejn bejn Jannar 2015 u Ġunju 2016 qeda l-ministeru tar-Rettur tas-Seminarju ta’ Għawdex, fejn kien ukoll lettur tal-Ħajja Kkonsagrata u l-Ispiritwalità."

Strieħ fis-sliem.


Kyle Zarb