Ilbieraħ ġriet l-aħbar li anzjan tilef ħajtu b'inċident tal-mutur li seħħ ġewwa Ħaż-Żebbuġ. Inċident li ħasad lil bosta nies. Il-Viċi Sindku tal-Imqabba sellem il-memorja ta' Jimmy Tanti, il-vittma ta' dan l-inċident.
Hu kiteb, "Maħsud bl-aħbar li ħalliena Jimmy Tanti Imqabbi. Aktar kmieni lbieraħ kien involut f'inċident bil-mutur. Kondoljanzi mill-qalb lill-familja kollha f’dan il-mument iebes u diffiċli."
F'isem it-tim ta' Gwida.mt, insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari tiegħu f'dan il-mument diffiċli għalihom u dawk kollha li kienu jafu lil Jimmy. Żgur li ħafna se jimmissjaw il-preżenza tiegħu.
Facebook / Zaffarese Henry