Thea Garrett, għaxar snin wara li rebħet il-Malta Eurovision Song Contest, tiftaħ qalbha għala sparixxiet wara dak il-perjodu. Il-kantanta lokali, ixxerjat il-filmat li qasam il-preżentatur lokali Ben Camille u miegħu messaġġ twil ħafna. Messaġġ li fih ħafna u ħafna x'taħseb.

"Din hija tassew, sfortunatament waħda mir-raġunijiet ewlenin li ħallejt Malta u sparixxejt għal tant żmien. Ma stajtx inġarrab aktar l-affarijiet li kienu qed jingħaddu u jiġu ivvintati fuqi u fuq il-familja tiegħi meta kont għadni 'famuża' f'Malta ta' 17-il sena."

"Stennejt snin biex noħroġ din mis-sistema tiegħi u għaxar snin wara sibt il-kuraġġ li ngħidha, u din lanqas hi biss biċċa minn dak li sar lili u kemm ħadu vantaġġ bija ta' età żgħira għax ma kontx naf kif jaħdmu l-affarijiet fl-industrija."

Ritratt: Facebook / Thea Garrett

Thea tkompli tgħid li ħafna nies ma jirrealizzawx li dawn il-kummenti li mhux neċessarju, ta' mibgħeda u krudili li jħallu fuq xi ritratt ta' xi ħadd jew inkella artiklu li nkiteb taf iwassal għal xi ħaġa tant u tant kerha, inkluż li jtemmu kollox. Hi tgħid li wieħed qatt ma jkun jaf jekk il-kumment li ħalla hu kienx l-aħħar dak li kkawża kollox.

Hi tistqarr li dawk li jgħidu li missek ma mortx fuq it-television jekk ma tridx li jitkellmu fuqek in-nies, hi twieġeb: "Le! In-nies għandhom ikunu ġentili, jibdew jippurtahom minn dak li jagħmlu huma u jieqfu jużaw l-uġigħ ta' ħaddieħor u ċ-ċirkostanzi personali jew gossip bħala forma ta' divertiment."

Ritratt: Facebook / Thea Garrett

Thea tgħid li qabel wieħed jikteb xi ħaġa għandu jistaqsi kif dak li ħa jikteb ħa jaffetwa lilu nnifsu, lill-ħbieb u l-familjari tiegħu. Jekk dan ħa jkollu effett pożittiv, hi tħeġġeġ lil dan għandhom jixħtuh imma jekk le, jieqfu.

"L-ansjetà u dipressjoni huma estremament reali u jien naf b'mod personali minn 17-il sena minn dak li għaddejt minnu minn xi nies Maltin lura fil-jiem ta' 'fama'. Jiena tassew xortija tajba li ħadt l-għażla li nitlaq mill-pajjiż iktar milli nitlaq minn din id-dinja meta kont fl-agħar tiegħi."

Ritratt: Facebook / Thea Garrett

"It-tjubija ma tiswa xejn! Il-kliem tiegħek jistgħu jkunu l-aħħar kliem li ċerta persuna tara qabel tiddeċiedi li ħadet biżżejjed! Kien kliem online ta' xi ħadd li wassal lil Caroline Flack biex tagħmel dan, jekk jogħġbok tkunx waħda minn dawk in-nies!"

Hi tagħlaq billi tirringrazzja lil Ben Camille talli qasam dan il-messaġġ u tittama li xi darba n-nies jirrealizzaw kemm problemi kummenti bħal dawn jistgħu jikkrejaw. 

Facebook / Thea Garrett


Emil Calleja Bayliss