JD Patrick, ħabbar li ħa jkollu tarbija bl-aktar mod oriġinali. Fuq il-programm tiegħu, li jippreżenta flimkien ma' Martina u Jonathan Abel jilagħbu l-logħba Liar Liar. Logħba fejn xi ħadd ikun qed jgħid il-verità u l-parteċipant l-ieħor ikun qed jigdeb! Permezz ta' din il-logħba hu ħabbar li hu u l-mara tiegħu Steph qed jistennew tarbija.

"Meta tkun taħdem fix-xogħol tagħna trid dejjem tara kif tagħmel biex tipprova toħloq affarijiet differenti, għax hekk biss tista’ tibqa’ f’moħħ is-semmiegħa. L-aktar espressjoni li bqajt niftakar kienet ta’ Martina għax ma setgħetx temmen x’kienet qed tara!"

"Min-naħa l-oħra, Abel ħaseb li ftehemna ħażin u li jien bdejt nigdeb ukoll. Baqa’ ċċassat! Però l-akbar ħaġa li tibqa’ ġo moħħi hija kif wara dan kollu, fejn kollox kien ovvju li kont qed ngħid il-verità, il-parteċipant xorta wieġeb ħażin!

Fl-24 ta’ Mejju, 2019, JD Patrick u l-mara tiegħu Stephanie saru ġenituri għall-ewwel darba ta’ tifel li twieled ftit qabel nofsillejl fl-11.40! L-aħbar ħarġet fuq il-paġna ta' The Morning Vibe bir-ritratt tal-Prinċep Harry u Meghan Markle editjat.

Matthew Cutajar - iCam Studios


Emil Calleja Bayliss