Mr. World Malta Alex Borg għadu kif ħejja messaġġ ħelu għal ħuh l-għażiż li propju llum jagħlaq sninu. F'għeluq id-19-il sena tiegħu, Alex xtaq jgħid lil ħuh dwar kemm ifisser għalih u kemm hu kburi bih.

"Li narak tikber matul is-snin kien waħda mill-akbar ferħiet. Jien tassew privileġġat li nkun parti minn ħajtek, ma setax ikolli ħija aqwa minnek ma' min naqsam is-snin ta' ħajti." Flimkien ma' dan il-messaġġ Alex jitfa' anke ritratt ma' ħuh David.

Awguri minn qalbna għażiż David!


Kyle Zarb