Illum il-koppja Louise u Mark Doneo jiċċelebraw 30 sena flimkien miżżewġin. Louise tgħid li qisu 'lbieraħ li flimkien iddeċidew li jiżżewġu u għadha tħoss li għamlet l-għażla t-tajba. 

"Ma rridx li ħajjitna tiġi kkwotata bħala eżempju taż-żwieġ perfett, imma bħala l-isbaħ avventura li qatt ħadu żewġ persuni. Ħaġa waħda li tgħallimt minn meta ltqajt miegħek hi, li l-Imħabba mhix xi ħaġa li għandek toħroġ u tfittex. L-imħabba ssibek, u meta ssibek, lest jew le, se tkun l-aħjar ħaġa li qatt tiġri lilek" - tikteb Louise. 

Kliem poetiku minn din l-attriċi u personalità maħbuba! Awguri Louise u Mark!


Anthony Baldacchino