F’konversazzjoni ma’ Allen, Chelsea kellmitu dwar Timmy. Fetħet qalbha ma’ Allen u qaltlu li kull darba li tieħu pass lura, Timmy jipprova iktar magħha. Għalkemm taqbel ħafna miegħu, ma tridx ittih l-idea l-ħażina u jagħżilha fir-recoupling li jmiss għax ma tridx tkun fis-sodda ta’ xi ħadd ieħor.

Allen qal li inkoraġixxa lil Timmy biex isir jaf lil Chelsea iktar, la għoġbithu. Madanakollu, Allen xorta jara l-possibilità li Timmy jagħżel lil Chelsea, iżda qaltlu li jekk irid li jibqgħu koppja, għandu jkellem lil Timmy.

Love Island Malta


Nicole Zammit