Fuq il-profil tiegħu, John Busuttil f'jum l-omm qasam ħsieb tassew profond u li juri wkoll l-imħabba kbira li għandu lejn martu Janice. Għalkemm Janice hija omm u John missier, il-koppja dejjem xtaqu li jkollhom it-tfal flimkien iżda s'issa dan ma kienx possibbli għalkemm huma ma jaqtgħux qalbhom u jibqgħu jipprovaw.

John jikteb, "Din l-ortensja tfisser ħafna għal mara li offriet ħajjitha biex tkun omm uliedi... Tlieta minnhom kienu mimlija kuluri iżda ma rnexxxilix inħaddanhom miegħi imma baqa' erba' embryos jistennewna f'Ċipru. U anke jekk s'issa ma sibniex għajnuna dawk xorta tagħna. Grazzi għall-omm li ma qatgħet qalbhha qatt u se tibqa' tiġġieled għal uliedna."

Hu jtemm billi lil Janice jgħidilha, "Grazzi omm ta' vera li xejn ma jwaqqfek milli tħaddan l-uliedek... Dik hi l-imħabba vera ta' omm... Inħobbok omm il-perli tiegħi."


Emil Calleja Bayliss