“Ma Ridtx Bliet Moderni. Ridt Nara Dinosawri F’Postijiet Antiki” – Għalfejn Malta Ntgħażlet Għal Jurassic World

Wieħed mill-akbar films ta’ din is-sena se jkun bla dubju Jurassic World: Dominion. Dan il-film għandu siltiet miġbuda f’Malta u d-direttur Colin Trevorrow spjega għalfejn Malta ntgħażlet hekk kif ma ried jieħu r-rotta komuni.

“Naħseb li meta n-nies jaħsbu dwar dak li jista’ jkun Dominion, qed jassumu li se jkun T-rex miexi ġewwa New York City. Għamilna ħafna għażliet differenti. U waħda minnhom hija li ridt nara dinosawri madwar, ġebel antik, madwar xi ħaġa li hija antika għalina, biss biex nuru kemm huma aktar antiki dawn l-kreaturi,” hu qal.

“Kif ukoll, l-Atrociraptors huma magħmula biex jitħalltu ma’ dak l-isfond. Hemm (Malta) kuluri li jmorru tant tajjeb mad-dinosawri.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI