B’filmat emozzjonali li tellgħu fuq il-midja soċjali, xi ħbieb u kollegi t’omm iċ-ċkejken Nathan li ħalla din id-dinja traġikament xi jiem ilu esprimew is-sapport tagħhom u żgurawha li bħalissa tinsab fi ħsiebhom u f’qalbhom.
“Għażiża ħabiba u kollega, ma nistgħux nimmaġinaw l-uġigħ li qed tħoss imma nixtiequk tkun taf li inti mdawra b’persuni li jħobbuk u qatt m’int se tkun waħdek, speċjalment f’dan il-mument diffiċli,” stqarru huma b’turija ta’ sapport.
Huma temmew jisħqu li se jkunu hemm għaliha mhux illum biss iżda dejjem.
Idħlu HAWN sabiex issegwu l-filmat emozzjonali li l-kollegi ddedikaw għall-omm.
Kuraġġ lil din l-omm f’dan il-mument diffiċli!
Facebook / Josef Felice Funeral Services – Tal-Bonċ’s