Il-kantanta Alexandra Alden għadha kemm kitbet dwar ħsieb relatat mal-kanzunetta li qed tniedi.
"Ma nistax nikkumparani mal-persuna li kont, tajt u tajt sakemm spiċċajt b'xejn", tikteb Alexandra fuq post ta' Instagram. Il-kanzunetta ġġib l-isem ta' crying wolf. Il-kantanta tfakkar lis-segwaċi tagħha li ser tkun qed tiġi ppubblikata fuq il-pjattaformi diġitali, fosthom Spotify. Il-ħolqa għal biex tisma' l-kanzunetta tinsab fil-bijografija tagħha fuq il-profil Instagram.
Dal-aħħar ħarġet diversi kanzunetti li jiffurmaw parti mill-album Leads to Love. Awguri lil Alexandra!