Il-Kantant bravissima Għawdxija Pamela Bezzina uriet id-diżappunt tagħha fuq facebook għal fatt li fil-Malta Music Awards l-artisti kantaw 'full playback' meta dan kellu jkun avveniment fejn tiġi ċċelebrata l-mużika. "Yes...all were miming!", kitbet Pamela b'referenza li l-kantanti kienu taparsi qed ikantaw!
Kompliet tistaqsi x'inhu l-punt li tmur avveniment bħal dan bħala udjenza biex tara l-kantanti jimmimaw flok ikantaw 'live'?! Pamela tistaqsi jekk hemmx min għandu risposti validi għal dan l-argument.
Filwaqt li awgurat lill-artisti li kienu nnominati, qaltilhom ukoll li jekk huma veru artisti, iridu jitkellmu għad-dritt tagħhom li jkantaw u tfakkarhom li din hija l-ħaġa li għaliha twieldu biex jgħamlu; "don't let them steal this away from you..." saħqet Pamela fejn qaltilhom biex ma jagħmux bl-ispettaklu u li tixtieq tisma' l-qalb tkanta mhux biss iċ-ċaqlieq tax-xufftejn!
Ritratt: Facebook/ Pamela Bezzina/ Stefan Stafrace Photography