Il-mudella u ġurata ta' Malta's Got Talent Sarah Zerafa għadha kemm kitbet messaġġ lill-maħbub tagħha David, b'erba' kelmiet romantiċi kif taf hi! Fil-fatt il-koppja waslet biex tiċċelebra t-tielet anniversarju tagħha minn meta ngħaqdet fl-imħabba.

"Ilkoll nafu li jixraqlu! Ma nistax nemmen li fi żmien erba' ġimgħat se nkunu qed niċċelebraw it-tielets anniversarju tagħna. Il-ħajja kienet inkredibbli u iżjed bik fiha. Grata għall-mumenti u l-avventuri kollha."

Sarah tkompli, "Ma nistax nistenna aktar biex nara fejn ser teħodna l-ħajja. Dment li bik ħdejja, jiena ferħana. Għal dejjem ta' dejjem!"

Fil-fatt apparti l-imħabba ta' bejniethom li dejjem juru biċ-ċar iż-żewġ maħbubin, Sarah u David ilhom għal dawn l-aħħar snin jitfgħu anke kontenut mill-aqwa flimkien ukoll. 

Awguri għal iktar snin ta' saħħa, hena u imħabba sbieħ!


Kyle Zarb