Bosta artisti lokali jinsabu ddispjaċuti u maħsuda bit-telfa ta' Julian Formosa, raġel maħbub minn kulħadd u kien tant magħruf bħala ġentlom u b'qalb kbira. 

Il-kantanta Moira Stafrace kienet fost dawk li semmiet l-isbaħ memorji li għandha ma' Julian, li kien ħabib kbir tagħha għal snin twal. It-telfa tiegħu ġrat bħal sajjetta hekk kif sa ftit ilu kien qed ikellimha dwar il-pjanijiet li għandu għall-futur, fosthom dik li jixtri dar. 

"Riċentament it-tnejn li aħna tlifna lill-ġenituri tagħna f'salt wieħed. Ftit ġimgħat ilu tkellimna dwar il-pjanijiet tiegħek għad-dar... Ma nistax nemmen li ħallejtna... tassew surreali... ninsabu xxukkjati... strieħ fis-sliem għażiż." 

Il-mużiċist Toby Farrugia wkoll kien jaf lil Julian sew u semma dwar kemm kien ħabib twajjeb, u li ilu jafu minn meta hu kellu biss 5 snin! "Mur ħaddan lil ommok u lil missierek u jien nerġa' narak xi darba."  F'isem it-tim ta' Gwida.mt insellmu l-memorja ta' Julian u noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familja tiegħu. 


Kyle Zarb