"Mill-età ta’ 6 snin kont abbati l-Fgura. Ma ninsa qatt l-ewwel quddiesa li ħadt sehem bil-libsa ta’ abbati. Kien imissni ndoqq il-qanpiena fl-elevazzjoni u tant kont eċitat (jew eċiċat kif kont ngħid jien) li għamilt taħti u sintendi ħallejt għadira taħt l-altar b’ tant mistħija." - Jistqarr magħna ta' Gwida Joseph Chetcuti, dan il-fatt żgur li ftit kienu jafuh imma hu kemxejn tad-daħk li ma stajniex ma naqsmuhx magħkom.

Ritratt: Facebook / Joseph Chetcuti

Hu jkompli jgħidilna: "M’għandix xi ngħid, ommi u missieri riedu jmutu bil-mistħija u jien xejn inqas! Imma kif gerrbu s-snin, ġbart ġieħi għaliex fl-1985, jien kont wieħed mill-abbatini li mort il-Vatikan u servejt hemm għal xahar u hemmhekk kelli l-opportunità li niltaqa’ mal-Papa San Ġwann Pawlu II – ESPERJENZA LI MA NINSA QATT!" Żgur li kienet esperjenza mill-isbaħ li ftit tfal kellhom dan iċ-ċans mill-isbaħ.

Nimmaġinaw li bħal praspura ta' Joseph bħala abbati kien hawn oħrajn li kellhom praspar differenti. Nieħdu gost nidħku ftit aħna ta' Gwida.mt. Ikun hawn xi ħadd li jixtieq jaqsam l-esperjenza tiegħu iħallilna kumment u jgħidilna l-istorja kif ġrat!


Anthony Baldacchino