Il-Professur Charmaine Gauci waqt il-konferenza tkellmet dwar in-numru ta' nies fil-qasam tas-saħħa li jinsabu taħt kwarantina. Hi ikkonfermat li bħalissa minn ġewwa Mater Dei hemm 246 taħt kwarantina.

View this post on Instagram

A post shared by Limestone Jungle | Malta (@limestonejungle) on

Ma' dawk, il-Professur Gauci qalet li 77 minnhom qegħdin taħt kwarantina għax kellhom kuntatt ma' xi każijiet li ħarġu pożittivi. Dan ovvjament jinbidel skont dak li jkun għaddej. Il-Professur Gauci qalet, "aħna ma nieħdu l-ebda riskju li jkun ta' detriment għas-saħħa tan-nies tagħna."

B'hekk 246 minn dawn il-professjonisti ġew mitluba sabiex huma wkoll jidħlu fi kwarantina sabiex ma jkunux daqshekk f'riskju.


Emil Calleja Bayliss