Fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu, Joseph Refalo qasam il-fatt li għadu kif gradwa mill-Università ta’ Malta mill-Masters fil-Business Administration.

Għal min ma jafx, Joseph kien fil-finali tal-Malta Eurovision bħala parti mill-grupp Avenue Sky. Apparti min hekk, bħalissa huwa kantant fuq Ħadd Għalik u kien ħa sehem ukoll f’xi teledrammi Maltin fosthom Ħbieb u Għedewwa u D.R.E.A.M.S.

joseph
Ritratt: Facebook/Joseph Refalo

Fil-messaġġ tiegħu, Joseph esprima li jħobb lil ommu u rringrazzjaha “tas-sagrifiċċji kbar li għamiltu int u missieri biex illum qiegħed fejn qiegħed!”

Joseph cal ukoll li jimmisjah lil missieru, li m’għadux magħna llum. Qallu li “naf li qed magħna minn hemm fuq.”

Joseph, f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlek għal dan is-suċċess li rnexxilek tikseb wara tul żmien ta’ ħidma. Huwa bix-xieraq li tgawdi ftit il-ħajja!

Facebook/Joseph Refalo


Nicole Barbara