Il-preżentaturi Dorian u Amber għadhom kemm ħabbru fuq il-profil uffiċjali tagħhom li ser ikunu qed jieqfu mill-programmi li ilhom jippreżentaw flimkien fuq l-istazzjon Magic Malta 91.7. 

Fil-fatt kienu żewġ personalitajiet li kienu tant ħelwin flimkien u għal qalb ħafna segwaċi. Din l-aħbar kapaċi ma kinitx mistennija mis-segwaċi, iżda dan ma jfissirx li mhux ser inkunu qed narawhom b'affarijiet ġodda fil-futur.

Dorian jikteb, "Illum tibda l-AĦĦAR ġimgħa tagħna fuq Magic! Kienet avventura sabiħa mmens li qsamtha ma' Amber, persuna li saret tant speċjali għalija. Flimkien qsamna tant rakkonti, esperjenzi u ċajt ma' eluf ta' semmiegħa u telespettaturi tagħna f'Malta u Għawdex."

Amber tikteb dwar l-esperjenza mill-isbaħ tagħha fir-radju u t-televiżjoni fi ħdan Magic Malta. 

"Tajnha spazzju lit-talent lokali, u pruvajna wkoll nkunu iktar viċin tagħkhom b’dak li nagħmlu u ngħidu. Ma konnhiex biss xandara iżda konnha kumpanija. Bħal ma kontu kumpanija intom għalina. Forsi ma kontux qed tistennewha, iżda ċ-ċirkostanzi li ġraw, għenuni nieħu din id-deċizjoni. Ma kienetx deċizjoni faċli, iżda qed naħdmu għal affarijiet ġodda"

Amber tagħlaq, "Għalina intom kontu u tibqu kollox... Jien u Dorian nirritornaw ma ndumux. Fl-aħħar ta Settembru nagħlqu dan il-kapitlu biex nibdew ieħor ġdid flimkien."

Minn qalbna nawguraw lil dawn iż-żewġ preżentaturi bravissimi kull suċċess! Ħerqana biex narawhom b'affarijiet ġodda!


Kyle Zarb