Anthea Zammit irċeviet messaġġ mingħand id-direttur ta' Miss Universe Malta Alan J Darmanin, fejn tant kien preżenti magħha f'dan il-vjaġġ kbir ta' Miss Universe. Alan jgħidilha kemm hu kburi b'dak kollu li għamlet u sa fejn irnexxielha tasal. 

Jiktbilha li diġa' għamlet lil Maltin kburin biha l-fatt li waslet sal-finali. "Ma kienx vjaġġ faċli fis-sitwazzjoni li qegħdin", ikompli jiktbilha. "Li tirrapreżenta lil pajjiżek diġa' rebħa personali. Inti diġa' r-reġina tagħna". 

Awguratilha għal din l-esperjenza u qalet diversi kliem ta' tifħir dwar Anthea kienet l-E.T. Mary Louise Coleiro Preca.

Minn qalbna nawgurawlek mill-ġdid għal-lejla Anthea!


Kyle Zarb