Persuna li rriżulta pożittiv fil-party tal-Hotel Takeover tkellem pubblikament fuq il-mezzi soċjali fejn qal li kien l-ewwel wieħed li rriżulta li kellu l-Covid-19. Iżda dan għax mar minn tal-ewwel jagħmel it-test u ma jfissirx li kien hemm hu biss.

Iddeċieda li jitkellem wara li bħas-soltu, ħafna huma dawk li jfajru bl-addoċċ u jikkumentaw mill-kumdità ta' wara l-keyboard bla ma jindunaw kemm ikunu qed jagħmlu iżjed ħsara milli ġid.

Għamilha ċara li mhux veru li kellu s-sintomi meta kien il-hotel jew minn qabel. Daqstant ieħor ma xorob l-ebda xorb minn wara ħaddieħor.

"Mort għax ovvjament kien event pubbliku u m'għamilt xejn kontra l-liġi...", kompla jispjega l-persuna.

Temm billi saqsa lil dawk li kkumentaw jew sa issa ħarġux wara li tneħħew ir-restrizzjonijiet għaliex kif mess lilu, seta' kien ieħor jew oħra. Huwa veru li nħobbu nfajru u niktbu kemm niktbu, jidher li hawn faxxa ta' nies li l-hena tagħhom ifajru bl-addoċċ jew forsi jieħdu xi gost partikolari!

Tajjeb li nirrispettaw ftit lil xulxin; wara kollox il-Covid-19 m'għażilx il-party jew il-festa, il-covid għadu ma spiċċax!

Ritratt: Anonymous stories


Clifford Galea