M’hemmx dubju li waħda mill-iktar karatteristiċi importanti ta’ relazzjoni b’saħħitha hija l-komunikazzjoni.  Dan minbarra fatturi oħra bħar-rispett u s-sapport, l-intimità, u l-imħabba.  Il-psikologu u sesswologu Dr Nicholas Briffa jgħaddi xi rimarki dwar l-importanza tal-komunikazzjoni fir-relazzjonijiet, fi ħsieb li qasam fuq Facebook.

Hu kiteb, “Ma jistax ikollok relazzjoni b'saħħitha mingħajr komunikazzjoni, għal raġuni waħda sempliċi: int biss taf lilek.”  Ħafna drabi, bla ma nindunaw, inħallu lil ħaddieħor jipprova jaqralna moħħna u jaqta’ kif qed inħossuna, iżda għandna nkunu aħna li ngħarrfuhom bil-“ħsibijiet, is-sentimenti, l-aspettattivi, u x-xewqat.”

Dr Briffa jgħid li jekk ma nkunux ċari dwar dawn l-affarijiet, tkun “sempliċiment qed twittilhom it-triq biex ifallu.”  Żgur li ħafna jaqblu miegħu jew għaddew minn xi esperjenza simili!

 NB

Ritratt: Facebook / Nicholas Briffa


Marija Bellia