John Bundy xtaq mill-ġdid isellem lil ommu hekk kif għada d-dinja ser tkun qed tiċċelebra Jum l-Omm. Din is-sena ser tkun diffiċli immens għal John kif wieħed jista' jimmaġina, hekk kif ma jistax jisma' leħinha bħas-soltu f'din il-ġurnata speċjali.
"Johnnie, hekk kienet tħobb issejjaħli. Ġibli żewġ pastizzi hi? Taf x'nixtieq hi? Biċċa lażanja minn ta' Claudette. Johnnie, ġibli pakkett gallettini minn dawk ir-roża? Tinsiex iġġibli tnejn kinnie?". Dawn kienu fost l-aktar konverżazzjonijiet li kien ikollu ma' ommu qabel imur iżurha. John ikompli billi jikteb dwar kemm qed iħoss in-nuqqas tagħha f'dawn l-aħħar sitt ġimgħat.
"Ma, Ilek Sitt Ġimghat Ma Ċċempilli. Nistenna Kuljum Imma Għalxejn. X'Vojt Hawn Mingħajrek. Sellili għal Freddie missieir jekk tarah. Grazzi Ma"
Minn qalbna nagħmlu kuraġġ lil John u lill-familja kollha tiegħu.